Lokali

RITRATTI: Jiksu din it-triq f’Malta bl-umbrelel ikkuluriti

Ir-residenti ta’ Ħaż-Żabbar dalgħodu qamu għal xena mhux tas-soltu f’waħda mit-toroq tagħhom hekk kif matul il-lejl, numru kbir ta’ voluntiera żejnu l-lokalità b’ammont kbir ta’ umbrelel ikkuluriti.

Dan it-tiżjin b’differenza mis-soltu sar bi tħejijja għall-attività ‘Crossroads@Zabbar’ li se ssir illum: attività mużikali organizzata bis-sehem tal-għaqdiet Żabbarin f’postijiet differenti tal-lokalità.

It-tiżjin bl-umbrelel sar kollu matul il-lejl minn voluntiera tas-Soċietà Filarmonika Maria Mater Gratiæ Żabbar A.D. 1883, Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar u Grupp Armar Żabbar AD 1988.

https://www.facebook.com/zabbarlocalcouncil/posts/1275054339297905

https://www.facebook.com/photo.php?fbid=10213148728365622&set=a.1195847729149.170507.1017124957&type=3&theater