Raġel weġġa’ wara li kienet involut f’inċident tat-traffiku fil-bypass tal-Ħamrun u l-Marsa.
Jidher li r-raġel kien qiegħed jaqsam il-bypass meta karozza tat-tip Volkswagen Polo tajritu.
S’issa l-identita’ tal-persuna mweġġa’ għadha mhix magħrufa. Fuq il-post intbagħtu numru ta’ ambulanzi u waslu wkoll diversi uffiċjali tal-Pulizija, iżda s’issa għadu ma ġiex ikkonfermat l-istat li jinsab fih ir-raġel midrub.
Bħalissa l-bypass jinsab magħluq.
(Il-karozza tal-linja li qegħda fir-ritratt m’għandhiex x’taqsam mal-inċident)
//= $special ?>