Għall-kuntrarju ta’ dak li jaħsbu ħafna nies, ‘Bonsai’ ma tirreferix ghat-tip ta’ siġra. Ghaliex fil-verita’, Bonsai huwa l-isem tal-proċess li jintuża meta jitkabbru siġar żgħar fid-daqs ta’ pjanta.
Filfatt, Bonsai huwa l-proċess ta’ tkabbir ta’ siġar żgħar. Fil-ġonna tal-Argotti fil-Furjana, preċiżament fi ġnien Notre Dame fetħet is-27 edizzjoni tal-attivita’ Bonsai f’Malta – organizzata mill-Bonsai Culture Group.
F’din l-attivita’, Il-parteċipanti jistgħu joffru s-siġar tagħhom għal sempliċiment wirja, jew jistgħu anke jieħdu sehem f’kompetizzjoni li sseħħ hemmhekk stess.
Tkellimna mal-President tal-Bonsai Culture Group, John Grech li spjegalna li s-siġar tal-Bonsai jiġu kklassifikati fi tliet kategoriji, skont id-daqs tagħhom. B’kollox hemm 82 tip ta’ siġar tal-Bonsai – bl-ispeċi differenti jitilgħu għal madwar 26.
John Grech qalilna wkoll li s-siġar tal-Bonsai jiġu stmati fuq livell astetiku kif ukoll fuq livell arti-kulturali.
Il-Bonsai oriġina fiċ-Cina imbagħad għadda għall-Ġappun fejn żviluppa għall-arti kif nafuha llum. L-ixjeħ siġra ta’ dan it-tip għandha ‘il fuq minn elf sena. F’pajjiżi fejn din it-tradizzjoni ilha li stabbilit ruħha, wieħed jibda jkabbar siġra tal-Bonsai, bl-għan li jgawduha l-ġenerazzjoni ta’ wara minħabba l-fatt li ddum snin twal sabiex tikber.
L-esebizzjoni tispiċċa l-Ħadd 3 ta’ Ġunju, fis-6 ta’ filgħaxija.
//= $special ?>