Vincent Kompany għandu bżonn scan biex jiġi determinat jekk jistax jilgħab fit-Tazza tad-Dinja fir-Russja, wara li weġġa’ l-groin fid-draw ta’ mingħajr gowls li l-Belġju kellhom kontra l-Portugall. Il-captain ta’ Manchester City kien sfurzat joħroġ fil-55 minuta wara li deher iweġġa’ meta mar għall-ballun.
“Tistgħu tħossu li meta ħareġ, aħna kollha konna inkwetati. Hu ma ħassux komdu fil-groin meta ħareġ barra mill-pitch. Hu mhux plejer żagħżugħ u jaf ġismu. F’dak il-punt, kien l-aħjar ħin biex joħroġ,” qal il-kowċ nazzjonali Roberto Martinez. Hu żied jgħid li hemm bżonn probabbiltà 48 siegħa biex jiġi determinat kemm hi gravi s-sitwazzjoni.
Kompany beda fil-qalba tad-difiża flimkien mal-koppja ta’ Tottenham Toby Alderweireld u Jan Vertonghen li kienu fuq iż-żewġ naħat rispettivi. Hu kien mibdul mill-plejer ta’ Celtic Dedryck Boyata.
Din l-aħbar issegwi dik tad-difensur ta’ Barcelona Thomas Vermaelen, li jkun sostitut naturali biex jieħu post Kompany, iżda għadu jippersisti biex jirkupra minn injury fil-hamstring. Is-sitwazzjoni ta’ Kompany kienet l-aktar li spikkat, f’partita li ż-żewġ timijiet attakkaw minkejja li ma sabux ix-xibka.
“Ma nistax ikun sodisfatt minħabba l-injury ta’ Kompany, iżda minbarra dan, kellna test li kien bżonnjuż,” kompla Martinez.
Martinez irid isejjaħ l-iskwadra finali ta’ 23 plejer għar-Russja għada. Il-Belġju jibdew l-impenji tagħhom fit-18 ta’ Ġunju kontra l-Panama, qabel ma jilagħbu kontra t-Tuneżija fit-23 ta’ Ġunju u l-Ingilterra ħamest ijiem wara.
//= $special ?>