Il-karozza li nstabet is-Sibt f’qiegħ il-baħar u li rriżulta li nsterqet ix-xahar li għadda, kienet żarmata għalkollox qabel intremiet il-baħar.
Net News kiseb filmati esklussivi tal-għaddas Raniero Borg illi għen fil-ħidma ta’ tindif taħt il-baħar – ħidma li fiha fost l-ohrajn ittellghu 70 tire, 2 batteries, safe u 30 xkora plastik tal-karozzi.
Fejn tidħol il-karozza, irriżulta li din il-vettura iżżarmat biex jinbiegħu l-parts tagħha b’mod illegali.
Il-Pulizija irnexxieha tistabilixxi li l-vettura hi tat-tip Nissan Terrano li ġiet rappurtata misruqa f’Mejju li għadda minn San Pawl il-Baħar u li kellha diversi parts neqsin.
Il-ħidma ta’ tindif taht il-bahar kienet parti mill-inizjattivi li saru għal World Oceans Day, u saret f’Miġra l-Ferħa, limiti tar-Rabat.
//= $special ?>