Ħafna qisuha sitwazzjoni tad-daħk, imma oħrajn qed isejħulha diżgrazzja.
Daqshekk kienet qawwija r-reazzjoni tal-ħaddiema tal-Air Malta wara li saru jafu li ċ-Chief Commercial Officer Paul Sies kera ajruplan għal ġurnata wara li kiteb messaġġ fuq in-network soċjali LinkedIn. U f’temp ta’ 24 siegħa, tawh ajruplan minn fuq l-internet!
“Ġabulu ajruplan fl-aħħar minuta imma kif ġraw l-affarijiet veru tal-biki – din mhix professjonalita'”, qaltilna ħaddiema li tkellmet magħna bil-kundizzjoni li tibqa’ anonima.
Nies oħra li huma veterani fis-settur turistiku qalulna illi ma jistgħux jifhmu kif l-Air Malta spiċċat f’din is-sitwazzjoni ta’ diżorganizzazjoni kbira, b’numru konsiderevoli ta’ titjiriet qed jitħassru regolarment.
Paul Sies inħatar fit-tmexxija tad-dipartiment kummerċjali tal-Air Malta f’Jannar tas-sena li għaddiet.
//= $special ?>