Il-waqfien mill-ġlied bejn Iżrael u l-Ħamas jinsab mhedded hekk kif matul il-lejl bejn is-Sibt u l-Ħadd kien hemm splużjoni ta’ vjolenza bejn iż-żewġ naħat.
Dan wara li kienu sparati rokits minn Gaza lejn territorju Iżraeljan. Dan wassal għar-ritaljazzjoni minn Iżrael li attakka qagħdiet tal-Ħamas f’Gaza. Min-naħa l-oħra f’din il-vjolenza ebda naħa ma rrappurtat vittmi. Jidher li la l-Ħamas u lanqas Iżrael mhuma interessati f’kunflitt u għalhekk it-tnejn li huma żammew pass lura.
Ftit ġranet ilu l-Ħamas ħabbar li kien intlaħaq waqfien mill-ġlied ma’ Iżrael permezz ta’ medjazzjoni fost l-oħrajn mill-Eġittu.
Il-waqfien mill-ġlied bejn Iżrael u l-Ħamas mhedded


