Lokali Mużika

Test kruċjali għal Emma fil-programm Amici

Emma preparata għas-semi-finali li se tixxandar fuq Canale 5

Eluf ta’ Maltin illejla se jkunu qed jagħtu l-appoġġ sħiħ tagħhom lill-kantanta Maltija Emma Muscat illi kif ħafna jafu tinsab fl-aħħar fażi tal-programm Amici, li tipproduċi Maria de Filippi.

Ix-xandira fuq Canale 5 tibda għall-ħabta tad-9pm.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, omm Emma qalet fuq Net TV illi hi temmen li t-tifla tagħha kapaċi tasal sal-finali u tagħmel suċċess.

Intant, jidher illi anke l-maġġoranza tal-parteċipanti li waslu sal-aħħar fażi tal-programm Amici u nqalgħu waqt is-Serale qed ipoġġu lil Emma fost il-favoriti li llejla tgħaddi għall-finali tal-ġimgħa d-dieħla.

Din hi l-intervista li kellha omm Emma fil-programm Net Live.