Żagħżugħ ta’ 19-il sena mis-Serbja ingħata sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal sentejn u multa ta’ €100 talli seraq oġġetti li ma jiswewx aktar minn €250, u talli pprova jakkwista d-droga kannabis… iżda ma rnexxielux.
Iż-żagħzugħ, Branko Karan, li għandu kondotta nadifa jinsab fuq btala f’Malta.
Fil-Qorti hu ammetta l-akkużi kontrih u lanqas ried li jkun assistiet minn avukat, anke meta l-Qorti riedet li tipprovdilu wieħed.
Hu kien akkużat ukoll li kiser l-ordni pubbliku mill-Ispettur Christabelle Chetcuti.
//= $special ?>