Futbol Sport TAZZA TAD-DINJA 2018

Magħżula l-iskwadra finali tal-Urugwaj għat-Tazza tad-Dinja

Il-kowċ nazzjonali tal-Urugwaj Oscar Washington Tabarez sejjaħ l-iskwadra finali ta’ 23 plejer għat-Tazza tad-Dinja. Fost l-għażla, jispikka n-nuqqas tal-midfielder ta’ Sampdoria Gaston Ramirez, li flimkien ma’ Nicolas Lodeiro u Fede Valverde kienu t-tliet plejers li waqgħu l-aħħar mill-iskwadra proviżorja.

Inkluż fl-iskwadra hemm l-eks difensur ta’ Manchester United, illu ma’ Penarol, Guillermo Varela. L-iskwadra tikkonsisti minn 11-il plejer li lagħbu fl-aħħar edizzjoni fil-Brażil, b’seba’ plejers lagħbu wkoll fl-edizzjoni ta’ tmien snin ilu fl-Afrika ta’ Isfel, meta l-Urugwaj kienu waslu sas-semifinali.

L-Urugwaj jinsabu fi Grupp A flimkien mar-Russja, l-Arabja Sawdija u l-Eġittu.

Skwadra finali

Gowlkipers: Martin Campana (Independiente), Fernando Muslera (Galatasaray), Martin Silva (Vasco da Gama)

Difensuri: Martin Caceres (Lazio), Sebastian Coates (Sporting), Jose Maria Gimenez (Atletico Madrid), Diego Godin (Atletico Madrid), Maximiliano Pereira (Porto), Gaston Silva (Independiente), Guillermo Varela (Penarol)

Midfielders: Giorgian De Arrascaeta (Cruzeiro), Rodrigo Bentancur (Juventus), Diego Laxalt (Genoa), Nahitan Nandez (Boca Juniors), Cristian Rodriguez (Penarol), Carlos Sanchez (Monterrey), Lucas Torreira (Sampdoria), Matias Vecino (Inter), Jonathan Urretaviscaya (Monterrey)

Attakkanti: Edinson Cavani (Paris Saint Germain), Maximiliano Gomez (Celta Vigo), Luis Suarez (Barcelona), Cristhian Stuani (Girona)