Kultura Lokali

Rajtuh? Ballun enormi li se jinħaraq nhar il-Ħamis fil-Port il-Kbir

Dan il-ballun ser jkun qed jagħlaq l-ispettaklu Pageant of the Sea

Nhar il-Ħamis 7 ta’ Ġunju fil-Port il-Kbir, se jittella l-ispettaklu ‘Pageant of the Seas’ fejn fost l-attrazzjonijiet ewlenin se jkun hemm ballun pirotekniku li nħadem mill-Għaqda tan-Nar Santa Katarina, li huwa l-akbar li qatt inħaraq f’Malta.

Il-ħidma fuq dan il-ballun bdiet xejn anqas minn sena ilu.

Net News żar il-Kamra tan-Nar ta’ Santa Katarina taż-Żurrieq fejn tkellem mad-detentur tal-kamra Sandro Borg, illi spjega li dan il-ballun għandu diametru ta’ madwar 53 pulzier u li fih xejn inqas minn 500 ballun ieħor żgħir ġo fih.

Dan il-ballun, li jiżen aktar minn 560 kilogramma, ser jkun qed jagħlaq l-ispettaklu Pageant of the Seas ghall-habta tal-11pm minn Fort Rikażli, flimkien ma spettakli oħra ta’ logħob tan-nar.