“Ghina nsahhu l-vuci tieghek”.
Hekk stqarr f’intervista li ta lil gazzetta Il-Mument, il-Viċi kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Partit Robert Arrigo meta tkellem dwar l-aħħar preparamenti għal Maratona Ġbir ta’ Fondi – maratona illi l-iskop taghha hu biex jinġabru fondi halli il-partit jimmodernizza lilu nnifsu fil-mod kif iwassal il-messaġġ u fl-organizzazzjoni li qed isir sabiex jilħaq aktar in-nies.
Il-maratona se jkollha t-tema “Sahha il-Vuci Tieghek”, u se ssir fl-10 ta’ Gunju.
Robert Arrigo qal li wieħed mill-aspetti mportanti waqt din il-maratona se jkun il-mument meta l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia se jkun qiegħed jiffirma maduma li hi replika tal-arma tal-partit li għanda sinifikat storiku – tifkira li tista’ tinkiseb b’donazzjoni ta’ €50.
Hu temm jgħid li l-Partit Nazzjonalista hu l-partit li biex mexa l-quddiem ma seraqx propjeta u ma kisirx il-liġi biex stagħna hu. Qal ukoll li l-partit se juża l-idejn ta min ħadem fih, l-għaraq ta min ħadem miegħu u r-rieda u l-għajnuna ta’ kull cittadin li jemmen li fil-pajjiż jista’ jibqa leħen wieħed favur is-sewwa
//= $special ?>
