Lokali

Turist fil-periklu li jitlef ħajtu wara li ttajjar qrib l-ajruport

Il-Maġistrat Charmaine Galea qed tmexxi l-inkjesta

Raġel Ġermaniż li kien f’pajjiżna fuq btala jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza.

L-inċident seħħ fir-ring road tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. It-turist, li għandu 48 sena, ingħata l-ewwel għajnuna minn tim ta’ paramediċi li waslu fil-post b’ambulanza.

Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel minn Ħal Qormi li għandu 57 sena.

Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei b’urġenza għal aktar kura.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.