Lokali Mużika

Emma eliminata; mal-ewwel mewġa ta’ kritika għar-riżultat mit-Taljani stess

Il-kantanta Maltija għamlet unur lil pajjiżna

Kienet serata mimlija emozzjonijiet dik tal-bieraħ fuq Canale 5 hekk kif il-kantanta Maltija Emma Muscat sfat eliminata fis-semi-finali – eliminazzjoni tista’ tgħid b’sorpriża għaliex anke l-ġurija professjonali baqgħet bla kliem għall-fatt li talent bħal Emma m’għaddietx għall-finali ta’ nhar it-Tnejn li ġej.

Il-programm tal-bieraħ offra diversi sfidi għal Emma; l-ewwel kontra iż-żeffiena Lauren, imbgħad kontra l-kantanta Carmen. Sakemm fl-aħħar, kien għad fadal hi u Einar. Il-Maltija ġiet eliminata bit-televoting.

Fi tmiem il-programm, il-kantanta Elisa qalet hekk fuq Emma: “una delle voci piu pazzesche che ho sentito”