Futbol Sport

“Ibqa’ ispira liż-żgħażagħ” – Adrian Delia lil Andre’ Schembri

L-attakkant internazzjonali Malti Andre' Schembri jiltaqa' mal-Kap tal-PN

Kienu ftit minuti ta’ taħdidiet fuq il-futbol u ż-żgħażagħ illi ddominaw l-uffiċċju tal-Kap tal-PN fid-Dar Ċentrali. Dan hekk kif illum Adrian Delia iltaqa’ mal-internazzjonali Malti Andre’ Schembri li preżentament qed jilgħab f’Ċipru.

F’dawn il-jiem Andre’ Schembri għadu kif ippubblika l-ewwel ktieb tiegħu.

Schembri tkellem mal-Kap tal-PN dwar din il-pubblikazzjoni. Adrian Delia minn naħa tiegħu appella lil Schembri biex jibqa’ jispira aktar żgħażagħ, filwaqt li awguralu għall-istaġun il-ġdid ma’ Apollon.