Lokali Parlament

Il-Gvern mhux se neħħi s-surrogazzjoni iżda se jipposponi d-dibattitu għal darb’oħra

Il-Gvern irid dibattitu immejdat iżda għada lanqas għadda l-emendi lill-Opożizzjoni

– Claudio Grech, PN

Id-deputat Nazzjonlaista Claudio Grech qal l-gvern l-fatt li l-gvern qed ineħħi l-poter tal-ministru li jdaħħal is-surrogazzjoni ma seħħx għaliex il-gvern kellu bidla fil-kuxjenza iżda biex jara kif idaħħalha separatment. Essenzjalment il-gvern qed jipposponi d-diskussjoni għal dar’oħra.

Fid-dibattitu parlamentari dwar l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni, Caudio Grech qal li din is-sens kien hemm 390 applikazzjoni għal prokreazzjoni medikalment assitita. Ir-rata ta’ suċċess ta’ dawk li kellhm tifla hu viċin ħafna tal-istatistika internazzjonali. Din hi riflessjoni u ta’ mekkaniżmu li qed taħdem b’armonija bejn kulħadd. Dan qed jintlaħaq bla ma jippreġudika d-drittijiet tal-embrijun u t-tarbija ifl-ġuf. Din turi li l-liġi tal-2012 kienet liġi serja.

Hu ta’ sodisfazzjon li l-Gvern qed iħabbar numru ta’ bidliet li l-Oppożizzjoni se tkun qed tikkunsidra. Hu pożittiv li t-ton u l-preżentazzjoni issa huma differenti minn dak li l-gvern ressaq fl-ewwel abbozz. Il-Ministru Fearne kellu juri li ma jaqbilx ma’ dak li uffiċjal tal-Gvern li qal li l-embrijun m’għandux l-istess drittijiet tal-ħajja.

Il-Ministru Fearne għandu jieħu pożizzjoni u jiddikjara jekk jaqbilx ma’ din il-pożizzjoni. Kull punt għandu jkun mibni fuq id-dritt għall-ħajja u l-ebda politiku jew uffiċjal m’għandu dritt ti jppreġudikah.

Il-liġi kinet preżentata b’għaġġla kbira u ġabet magħha kkriitka kbira fl-opinjoni pubblika. Issa ank l-gvern stess irrealizza li qed jgħaġġel ħafna.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Oppożizzjoni riedet li d-diskussjoni issir fil-kumitat biex tkun tista’ tieħu sehem is-soċjetà ċiivli b’mod dirett. Hu qal li l-petizzjoni għandha tkun diskussa u sostna li l-Gvern irid diskussjoni għada t-Tlieta meta għadu lanqas għadda l-proposti u l-emendi lill-Oppożizzjoni.

L-oġġezzjonijiet tal-Oppożizzjoni kienu marbuta mar-riskji li joħloq l-iffriżar tal-emebrjuni. Il-kompromess tal-adozzjoni hu insensittiv, sostna Claudio Grech, li kompla li dan hu kompromess li jkexkex għax dawn il-koppji jridu jidħlu f’kuntrtat mal-Istat li jistgħu jagħtu t-tfal prospettivi tagħhom għall-addozzjoni.

Hu tajjeb li l-gvern issa biddel ir-rotta fuq l-anonamità. Hu appella biex jiddaħħal grant għal koppji li kollhom bżonn dawn is-servizzi. L-Opożizzjoni se tistenna l-emendi tall-gvern u se ktun imenjata fid-diskusjsoni, sostna Claudio Grech.