Lokali Parlament

Il-Gvern ibiddel il-pożizzjoni tiegħu dwar l-embrijuni

Wara pressjoni fl-opinjoni pubblika u fil-parlament mill-Oppożizzjoni, il-Gvern dalgħodu ressaq diversi emendi għal-liġi tal-protezzjoni tal-embrijuni u fost l-oħrajn iddikjara s-surrogazzjoni se titressaq f’liġi separata.

Fid-dibattitu u parlamentari dwar l-Awtorità tal-Protezzjoni tal-Embrijuni, l-Viċi-Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li dwar id-donazzjoni tal-gamiti, il-gvern jifhem li hawn koppji li għandhom problema medika fejn waħda mill-metodi kif isseħħ tqala hi d-donazzjoni tal-gamiti. Il-Gvern jemmen li għandu jagħti din l-opportunità.

Il-Ministru Fearne qal li oriġinarjament il-Gvern kien qed jintroduċi l-anonimità fejn il-wild ma jkunx jaf minn fejn ġiet id-donazjzoni iżda wara konsultazzjoni kien deċiż li jagħmel emenda u jmur fuq il-mudell tal-Fillandja fejn waqt li donatur ma jkunx jaf min ta d-donazzjoni, il-wild meta jagħlaq 18-il sena jkollu d-dritt li jkun jaf min hu d-donatur. issa se jinżamm reġistru ta’ min ikunu ta d-donazzjonijiet biex il-wild ikun jista’ jarah.

Il-Viċi-Prim Ministru tkellem dwar l-iffriżar tal-embrijuni qal li l-Gvern ma jixtieqx li jkun hemm xi numru kbir ta’ embrijuni li jkunu ffriżati li ma jintużawx. Il-gvern irid li l-embrijuni kollha jingħataw l-opportunità, posibbilment mill-istess koppja li tkun fertilizzat.

Fl-ewwel ċiklu jkun hemm tliet bajdiet fertilizzati b tliet embrinjuni fejn jibqa’ embrijun iffriżat. Issa se jsir tibdil fis-sens li dawk il-koppji li jkollhom embrijun iffriżat se jingħataw ċiklu ieħor biex iwettquh huma stess. Se jkunu biss l-eċċezzjonijiet li fihom l-embrijun se jmur għall-addozjoni. Għalhekk l-embrijuni kollha se jkollhom l-opprtunità li jiviluppaw. L-età tal-IVF se titla’ minn 43 għal 48 sena.

Dwar l-adozzjoni tal-embrijuni, il-Ministru tas-Saħħa qal li dawk l-omm u l-missier potenzjali li se jaddottaw jridu jkunu mistħarrġa minn bord biex jassigura li dawn huma ġenituri adatti.

Il-Ministru tas-Saħħa qal li t-terminoloġija fl-abbozz mhux dejjem konsistenti fejn kien hemm riferenzi għal embrijun u għall-bajda fertilizzata. Din toħloq konfużjoni u għalhekk fl-emendi l-Gvern jipproponi li tintuża dejjem il-kelma embrijun.

Il-Ministru tas-Saħħa sostna li kien hemm kritika li l-Ministru kellu wisq poter dwar is-surrogazzjoni altruwista u għahekk issa l-Gvern se jipproponi li l-parti tas-surrogazzjoni se tibqa’ kif inhi iżda se ssir kontulazjozni dwar kif din għandha issir biex meta jkun il-waqt il-gvern se issq liġi ġdida. Għalhekk fejn tidħol is-surrogazzjoni se titressaq f’liġi separata. Il-gvern qed jipproponi li jneħħi s-surrogazzjoni minn din il-liġi u din titressaq f’liġi separata.