– Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li mhux minnu li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma raħsu taħt il-Gvern Laburista.
FGid-dibattitu aprlamentari dwar il-WSC, Edwin Vassallo semma’ l-investimenti li għamel Gvern Nazzjonalista fil-passat li wasslu biex l-ilma twassal għand in-nies fid-djar u biex id-drenaġġ qed ikun trattat qabel jintefa’ bil-baħar. Hu qal li jeħtieġ iktar ftehim mal-Ministeru tal-Agrikoltura għax ma jkunx hemm sens li jkun hemm diffikultajiet fuq il-ftit irziezet tal-majjal li fadal fil-pajjiż.
Edwin Vassallo sostna li l-Ministru għall-Ambjent ammetta li qed jintrema’ drenaġġ likwidu tal-irziezet fis-sistema tad-drenaġġ domestiku f’Għawdex.
Hu tkellem dwar is-serq mill-kontijiet tal-ilma u d-dawl sostna li l-kontijiet ma raħsux; il-falsità qed tinkixef f’aspetti oħra. Dna mhux gverv innoċenti fil-kontijiet jew fl-ingaġġ tal-ħaddiem. In-nefqa fuq il-pagi tal-WSC kienet €26 miljun fl-2017 li telgħet għal €29 miljun fl-2018. Kien hemm ukoll ħafna iktar ħaddiema ingaġġati fi żmien gvern Laburista milli fi żmien gvern Nazzjonalista mal-WSC. Hu appella biex ma jsirux trasferimenti ta’ ħaddiema Nazzjonalisti fil-WSC għaliex dan mhux denju taż-żminijiet li jgħix il-pajjiż illum..
//= $special ?>