– Maria Deguara, PN
Fid-dibattitu parlamentari dwar l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni, id-deputat Nazzjonalista Maria Deguara qalet li l-protezzjoni tal-ħajja hi prijorità u hi għal qalb kulħadd. Hi tkellemt dwar l-importanza tal-valuri u saħqet fuq l-importanza tas-solidarjetà li għandha tintwera mal-koppji li jkunu qed ikollhom diffikultà biex ikollhom itt-fal.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-avvanzi fix-xjenza jeħtieġu investiment xieraq u qawwi. Maria Deguara qalet li l-IVF hi għal qalb il-PN u kien il-PN li fl-2012 daħħal il-liġi billi pprovda s-servizz tal-IVF bla ħlas f’Mater Dei.
Il-maġġoranza tal-poplu għandu opinjoni negtativ dwar din il-liġi għaliex fiha l-gvern qed jgħaġġel. Waħda minn kull sitt koppji għanhdom poblemi biex ikollhom tarbija. Hi appellat għal iktar kampanji edukattivi biex tonqos l-infertilità. Hi appellat biex ikun hemm investimet ikbar biex lejn Malta tersaq iktar teknoloġija avvanzata.
//= $special ?>