– Ivan Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo talab il-protezzjoni tas-Sedja fuq attakki li qed isiru fil-medja soċjali.
Fl-Aġġornament Ivan Bartolo qal li hawn min ikun għassa biex jattakka u jgħajjar fuq il-media soċjali biex jipprovaw jiddimotivaw lin-nies. Fil-pajjiż sirna ma tistax titkellem u taħdem. Hu qal li fi Triq il-Gran Mastru f’Marsascala hu ra tliet perusni li jgħixu f’garaxx meta s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes mhux imiss ir-relatà tas-soċjetà meta qal li f’Malta kollha hu jaf biss tliet persuni li jgħixu fil-garaxxijiet.
Hu qal li ken attakkat li qed jallarma lill-poplu. Id-deputat Nazzjonalista faħħar il-ħidma tal-Ispeaker u talab protezzjoni biex id-deputati ma jkunux intimidati bi stejejr li ma jkunux veru. Hu espriema solidarjeta mla-kunsillier tal-PN Jeremy Cardona li safa’ aggredit fil-Gżira għax kien qed jaqdi d-doveri tiegħu fil-Kunsill loklai tal-Gżira.
Ivan Bartolo semma diversi attakki li jsiru fuq min jikteb fuq facebook u sostna li dawn huma mumenti li jkomplu jxekklu u jaqtgħu qalb liż-żgħażagħ biex jikkontestaw għall-kunsilli lokali. Malta mhix tagħna lkoll speċjalment meta jkun hemm attakki fuq facebook li jtellfuk il-fiduċja. Hi gidba li l-gvern jgħid li dan hu l-aqwa żmien; għal min ismu jisemma’ kontinwament f’kampanja ta’ mibgħeda tas-siti soċjali żgur li mhux..
L-Ispeaker tal-Parlamnet wieġeb li s-Sedja dejjem tagħti protezzjoni għal dak li jseħħ fil-parlament u fil-mod kif id-diskorsi jkunu rapporti iżda fil-kuntest tal-attakki barra l-parlament, id-deputati għandhom jirrikorru għall-passi oħra li jistgħu jieħdu.
//= $special ?>