Il-winger ta’ Manchester City Leroy Sane tħalla barra b’sorpriża mill-iskwadra finali tal-Ġermanja għat-Tazza tad-Dinja. Sane kellu staġun pożittiv fejn kien pedina importanti għal Manchester City li ddominaw il-kampjonat.
Hu rebaħ ukoll l-unur tal-Aqwa Żagħżugħ tas-Sena tal-PFA, iżda l-kowċ nazzjonali Joachim Löw għażel li jħalli lill-plejer ta’ 22 sena barra. Fost l-iskwadra magħżula, hemm sieħeb Sane, il-midfielder ta’ Manchester City Ilkay Gündogan.
Sane skorja 10 gowls u pprovda 15-il assist fi 28 logħba ma’ Manchester City dan l-istaġun, u kien wieħed mill-erba’ plejers li tħalla barra mill-iskwadra proviżorja. Il-plejers l-oħra huma Bernd Leno, Jonathan Tah u Nils Petersen.
Il-gowlkiper ta’ Bayern Munich Manuel Neuer ingħata l-flokk numru wieħed, minkejja li ilu minn Settembru ma jilgħab minħabba li kien imweġġa’.
Il-Ġermanja tibda tiddefendi t-titlu kontra l-Messiku fis-17 ta’ Ġunju, qabel ma tilgħab kontra l-Iżvezja fit-23 ta’ Ġunju u kontra l-Korea ta’ Isfel erbat ijiem wara.
Skwadra finali
Gowlkipers: Manuel Neuer (Bayern Munich), Marc-Andre ter Stegen (Barcelona), Kevin Trapp (Paris Saint Germain)
Difensuri: Jerome Boateng (Bayern Munich), Matthias Ginter (Borussia Mönchengladbach), Jonas Hector (Cologne), Mats Hummels (Bayern Munich), Joshua Kimmich (Bayern Munich), Marvin Plattenhardt (Hertha Berlin), Antonio Rüdiger (Chelsea), Niklas Süle (Bayern Munich)
Midfielders: Julian Brandt (Bayer Leverkusen), Julian Draxler (Paris Saint Germain), Leon Goretzka (Schalke 04), Ilkay Gundogan (Manchester City), Sami Khedira (Juventus), Toni Kroos (Real Madrid), Thomas Müller (Bayern Munich), Marco Reus (Borussia Dortmund), Sebastian Rudy (Bayern Munich), Mesut Özil (Arsenal)
Attakkanti: Mario Gomez (Stuttgart), Timo Werner (Leipzig)
//= $special ?>