Kultura Lokali

In-Network tal-Ibliet Kulturali Ewropej joħroġ stqarrija iebsa

Mingħajr ma jsemmi lil Jason Micallef direttament, jingħaqad mal-kor ta' kundanni lejn iċ-chairperson tal-V18

L-Informal Network of European Capitals of Culture ħareġ appell qawwi favur il-liberta’ tal-espressjoni u l-liberta’ artistika.

Dan intqal permezz ta’ stqarrija li Net News kiseb kopja tagħha.

In-Network tal-Ibliet Kulturali Ewropej jgħid illi fid-dawl tal-kummenti li saru “min-nies li jmexxu l-V18”, huma ħassew li għandhom ifakkru x’inhuma l-valuri vera tal-Kapitali Ewopea tal-Kultura.

“Aħna ma rridu lil ħadd jirridikola dawn il-valuri, u hi responsabbilta’ tagħna li kull Kapitali Ewropea tal-Kultura tibqa’ spazju għal-liberta’ tal-espressjoni u għall-artistika”.

Ftit tal-ġimgħat ilu, grupp ta’ artisti lokali prominenti bdew ittra ta’ petizzjoni indirizzata lill-Prim Ministru Joseph Muscat fejn talbuh biex ineħħi b’effett immedjat lil Jason Micallef minn Chairman tal-Valletta 2018.

Jason Micallef kien kritikat għall-mod li kif, fi kliem bosta, prova jirredikola l-aħħar kliem tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.