L-MEP Nazzjonalista David Casa dalgħodu ssejjaħ mill-Maġistrat Antonio Vella għal laqgħa li matulha preżenta dokumenti li għandu fil-pussess tiegħu.
Il-Maġistrat Vella qed imexxi l-inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Fuq Facebook, Casa qal li l-laqgħa damet madwar tliet kwarti. “Jien għandi fiduċja fil-Maġistrat Vella u x-xogħol li qed jagħmel f’din l-inkjesta”, sostna Casa.
//= $special ?>