Lokali Parlament

Qed isir serq legalizzat fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma

– Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlament David Agius

Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlament David Agius qal li dak li qed iwettaq il-gvern b’konitjiet ogħla m’hu xejn ħlief serq legalizzat minn fuq il-konsumaturi Maltin.

Fid-dibattitu Parlamentari dwar l-Awtorità għas-Servizzi tal-Ilma (WSC), David Agius qal li n-nies qed jitkellmu fuq il-kontijiet ogħla; il-poplu jaf li l-kontijiet huma ogħla. In-nies qed tbati u qed tinsteraq u l-Prim Ministru ma qalx li qed isir il-gideb iżda li se jinvestiga. Dawn huma fatti konkreti. Skont il-liġi l-konsum irid ikun maħdum f’sena.

David Agius fakkar fl-investiment li kien għamel Gvern Nazzjonalista fl-1987 wara li l-Gvren Laburista kien ħalla diżastru bi qtugħ ta’ provvista tal-ilma kontinwament. Mill-2011 bdew jitwaħħlu l-ismart meters tal-ilma flimkien ma’ dawk tad-dawl biex kien hemm effiċjenza fis-sistema. Il-WSC llum tista’ mill-uffiċji tagħha tkun taf kemm il-konsum kif ukoll jekk hemmx ħela fid-djar.

Il-Viċi-Kap tal-PN staqsa jekk il-WSC hux qed tagħmel sorvelja tal-ilma li jkun qed jintilef fid-djar, Jirriżulta li s-sena li għaddiet tal-elezzjoni ġenerali mal-WSC biss daħlu jaħdmu 259 persuna waqt li 72 irtiraw biex illum mal-WSC hemm 1,162 ħaddiem. Fl-2012 kienu impjegati biss 49 ħaddiem qabel l-elezzjoni. Il-WSC mhix qed tpoġġi l-ammont ta’ ħaddiema biżżejjed biex jnalizzaw idn is-sitwazzjoni.

David Agius qal li meta l-ħaddiema tal-WSC jmorru fid-djar biex jarww il-ħsarat jridu jħallsu iħallsu €15 fid-djar u €35 fis-siegħa. Hekk kif persuna taqbeż it-33 metru kubu f’użu ta’ ilma il-ħalas ilma f’konsum, it-tariffa titla’ minn €1 għal €5.

Hu qal li qed tintuża sistema illegali dwar il-ħlas; il-gvern ilu mit-8 ta’ Novembru 2017 jaf li hemm illegalità. Il-konsum skont il-liġi hu fuq sena, spjega David Agius, li kompla li Benny Borg Bonello ukoll qal li hemm ħafna ilmenti. Ilu xhar il-Ministru jistudja dwar dawn l-ilmenti. F’Mejju l-Prim Ministru talab li ssir analiżi dwar is-sistema li qed tintuża biex joħorġu l-kontijiet tad-dawl iżda wara tliet ġimgħat ħadu ma sar xejn.

Il-Viċi-Kap tal-PN kompla li jispera li l-€40 miljun li qed jintilfu fis-sena mis-Socar u mix-Shell m’humiex dawn il-flus tal-kontijiet ogħlja. Hemm familji li qed ibatu minn kontijiet ogħlja ta’ ilma u dawl għax qed ikunu kalkulati kull xahrejn.

Il-Eurostat ikkonfermat li t-tariffi żiedu b’7.1% meta l-prezz internazzjonali kien stabbli, sostna David Agius li kompla li l-WSC qed toħroġ kontijiet f’perjodi differenti u mhux kull xahrjen kif kien qal il-Ministru Joe Mizzi.

David Agius kompla li llum qd jintilfu l-brands tat-tariffi u sostna li fl-eko-kontribuzzjoni, fl-2015 kien hemm 615,000 invoice u llum hemm 634,000. Dan jirriżulta li hemm 20,000 persuna jew invoice li fihom qed tintilef l-eko-kontribuzzjoni. Hu qal li l-PN mar għand ir-regolatur, għand l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Konsumatur iżda kien hemm silenjzu sħiħ. Hu staqsa għaliex mhux jinbidlu l-mains meta jsiru x-xogħolijiet inkluż is-servizzi tan-nies, sostna David Agius, li appella biex ma jkunx hemm kollass tas-sistema tal-ilma taħt l-art.