Lokali Parlament

300 żagħżugħ jintilfu bla skola u xogħol….jeħtieġ skemi effettivi

– Ryan Callus, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal fl-2017 kine hemm madwar 300 student li intilfu bejn l-iskola u x-xogħol bil-konsegwenza li mhux ikun hemm rekor dwar x’qed isir minnhom u fejn jispiċċaw.

Fid-dibtatitu parlamentari dwar Jobsplus, Ryan Callus qal li studju dwar ix-xogħol u ż-żgħażagħ fl-UE fil-kuntest tal-aspetti soċjali, Malta tikklassifika fid-19-il post, żewġ postijiet taħt il-medja Ewropea. Malta tinsab fl-aħħar post u fl-agħarr post fir-rata ta’ dawk li jitilqu kmieni mill-iskola. Hu inkwetanti li hawn iż-żgħażagħ li joħorġu mill-iskola mingħajr il-ħiliet neċessarji. Hu staqsa għaliex il-pajjiż għandu din is-sitwazzjoni u rrimarka li din mhix sitwazzjoni pożittiva.

Id-deputat Nazzjonalista enfa’izza l-importanza tal-ħiliet u qal li l-istudenti li ma jiksbux dawn il-ħiliet isibuha ferm diffiċli biex isur xogħol ta’ kwalità tajba. Statistika oħra turi li sena u nofs kien hemma dwar 300 student ta’ 16-il sena li wara li jispiċċaw l-edukazzjoni jintilfu bla kienu f’istituzzjonijiet jew xogħol. Dan hu element inkwetanti minkejja li l-pajjiż m’għandux fost l-agħar rati ta’ qagħad fl-UE.

Ryan Callus appella liż-żgħażagħ biex jinvestu l-ħin tagħhom fit-tagħlim u t-taħriġ.

Ikkummenta