Lokali

Advisory 21 tniedi ktieb utli dwar id-Data Protection

Il-kumpanija Advisory 21 nediet ktieb dwar il-GDPR jew aħjar dwar il-General Data Protection Regulation…. ktieb li jispjega l-implikazzjonijiet li din il-liġi ġabet magħha.

Din il-kumpanija li toffri servizzi ta’ konsultazzjoni u taħriġ fir-Riżorsi umani ħasbet biex tniedi dan il-ktieb li jfisser din il-liġi ġdida dwar il-protezzjoni tad-data b’termini sempliċi mingħajr ħafna terminoloġiji legali bl-iskop li l-liġi jifimha kulħadd. Dawk li jaħdmu fir-riżorsi umani jistgħu isibu wkoll checklist ta’ x’wieħed għandu jagħmel biex josserva din il-liġi.

Dan il-ktieb miktub minn Rosely Borg Knight, Angelito Sciberras u Paul Gonzi jidħol fid-dettall ta’ kif il-GDPR se taffettwa kumpaniji Maltin mil-lenti lokali. Dan għaliex din il-liġi mhux se taffettwa lil kull pajjiż l-istess.

Biex wieħed jikseb kopja ta’ dan il-ktieb li ġie mniedi t-Tnejn filgħaxija jista’ jidħol fis-sit elettroniku Advisory21