Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia poġġa fuq il-mejda tal-Kamra, artiklu ppublikat mill-blogger Manuel Delia, li juri li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru f’Kastilja Keith Schembri irċieva s-somma ta’ $430,000 wara żjara li hu għamel f’Baku. Il-Kap tal-Oppożizzjoni għamel dan fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari waqt li l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna kien qed iwieġeb mistoqsijiet parlamentari ta’ diversi deputati. Il-Ministru tal-Finanzi ma kellux risposta għal dak li ddikjara l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li minħabba li l-Ministru tal-Finanzi m’għandux informazzjoni, jista’ l-Prim Ministru jiddikjara għandux din l-informazzjoni.
Il-Prim Ministru qal li kien hemm ċaħda minn Keith Schembri u ddikjara li din hi storja mimlija invenzjonijiet.
//= $special ?>