Futbol Sport

FUTBOL LOKALI: Opportunità unika għall-paritarji ta’ André Schembri

Is-segwaċi tal-futbol Malti, partikolarment il-partitarji tal-plejer internazzjonali Malti André Schembri se jkollhom opportunità unika.

Hu se jkun preżenti Ta’ Qali biex ftit siegħat qabel iħalli pajjiżna lejn Ċipru, biex jiffirma l-awtobijografija li għadu kemm ippubblika u jiltaqa’ mal-pubbliku. Dan se ssir għada bejn l-10 u l-11.30am fl-MFA Trophies Lounge, Millennium Stand, Ta’ Qali.

André Schembri hu l-ewwel plejer Malti li qatt ippubblika awtobijografija u l-ewwel plejer Malti li skurja fl-Europa League.

“André Schembri – 10 snin nilgħab fl-Ewropa” hu awtobijografija li fih Schembri jaqsam mal-qarrejja l-esperjenzi, il-weġgħat, is-suċċessi u d-determinazzjoni personali li għamluh plejer li lagħab ma’ 10 timijiet barranin differenti u żewġ klabbs Maltin.

Il-ktieb hu mirqum b’ritratti li qatt ma ġew pubblikati s’issa.

Waqt it-tnedija tal-ktieb li saret nhar is-Sibt li għadda, Schembri qal li jixtieq li jagħti sehmu biex aktar żgħażagħ ikollhom opportunitajiet barra minn Malta.

Il-ktieb se jkun qiegħed jinbiegħ ukoll mill-MFA Trophies Lounge.