Futbol Sport

Futbol Taljan: Il-finali tas-Super Cup se tintlagħab fl-Arabja Sawdija

Suazo se jmexxi lil Brescia

Għat-tliet snin li ġejjin, il-finali tas-Super Cup Taljana, li tlaqqa ‘ lir-rebbieħ tal-kampjonat u dak tal-Coppa Italia, se tintlagħab fl-Arabja Sawdija.

L-edizzjoni tal-2019 se ssir f’Jannar li ġej u se tkun bejn Juventus u Milan. Milan se jilagħbu fil-finali wara li tilfu l-finali tal-Coppa Italia kontra l-istess Juventus li kienu rebħu anke l-kampjonat.

Iż-żewġ timijiet li jirċievu tliet miljun ewro kull wieħed talli se jkunu qed jilagħbu f’dan il-pajjiż imma bla dubju din l-aħbar xejn ma tinżel sew mal-partitarji taż-żewġ timijiet li se jsibuha ferm diffiċli biex imorru jsegwu l-logħba.

Suazo se jmexxi lil Brescia
L-eksattakkant ta’ Cagliari u Inter Suazo mistenni jibda l-karriera tiegħu bħala kowċ billi jmexxi lit-tim ta’ Brescia. Ta’ min jinnota li s-sid ta’ Brescia hu Massimo Cellino, li kien sid ta’ Cagliari fiż-żmien li Suazo kien jilgħab magħhom.

Suazo, li hu eksplejer mill-Honduras se jkun qed jieħu post Ivo Pulga. Dan tal-aħħar ma kien konfermat mill-klabb anke jekk għen lit-tim isalva postu fis-Serie B.