– Karl Gouder, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder qal li, minkejja l-andament tal-ekonomija, fil-pajjiż għad hawn prolema kbira ta’ prekarjat li qed twassal għal inġustizzji u problemi fis-soċjetà.
Fid-dibtatitu parlamentari dwar Jobsplus, Karl Gouder wera solidarjetà mal-kunsillier tal-PN Jeremy Cardona li kien attakkat minn persuna fis-settur tal-kostruzzjoni wara li hu jagħmel kritika għan0nuqqas ta’ ippjanar ifl-kostruzzjoni fil-Gżira. Karl Gouder qal li idn mhix protesta kontra l-kostruzzjoni iżda kontra n-nuqqas ta’ ippjanar fis-settur.
Jirriżulta li fl-2017 l-labour supply f’Malta kien 194,000 persuna. Jobsplus għandha responsabbiltajiet kemm meta l-ekonomija tkun sejra tajjeb kif ukoll meta idn tkun sejra ħażin. Dan hu mument li fih il-pajjiż għaddej minn ċiklu ekonomiku tajjeb u għlahekek il-pajjiż għandu jaħseb għal meta l-affarijiet ikunu differenti. L-industrija hi tjaba llum għax fil-passat kien hemm gvernijiet li kellhom il-viżjoni li jinvestu f’setturi li jrendu.
Hu tkellem dwar l-importanza tal-edukazzjoni fil-kuntest tal-ħtieġa li t-tagħlim isir fl-isfond tal-bżonnijiet tal-industrija. Jeħtieġ tinżamm il-flessibbiltà, sostna Karl Gouder, li qal li Malta tista’ tkun il-post fost ikunu imnedija teknoloġiji innovattivi. Il-pajjiż qed joħloq ix-xogħol iżda jrid ikun ikkunsidrat x’tip ta’ xogħol qed jinħoloq.
Fil-pajjiż għad hawn il-problema tal-prekarjat fejn hawn inġustizzji fil-mod kif jitħallsu ħaddiema. Jirriżulta li r-rata ta’ qagħad fost iż-żgħażagħ hi ta’ 9% fost l-irġiel u 10% fost in-nisa waqt li l-paga medja hi ta’ €1,000 inqas għan-nisa fis-sena. Hawn ftit inqas minn 26,000 li għanhdom full-time u part-time. Irid ikun analizzat kemm minn dawn qed jagħmlu żewġ xogħlijiet għax ma jlaħħqux mal-ħajja.
Id-deputat Nazzjonalista qal li minkejja l-ekonomija tajba għad hawn problema ta’ faqar. Malta qed jiġu madwar 10,000 persuna barranija li qed tiġi Malta biex taħdem. Dawn qed joħolqu pressjonijiet fil-passat li jekk mhux se jkun hemm soluzjzonjiet dwarhom, se jkun hemm problemi. Waħda mill-problemi hi l-prezzijiet tal-propjetà; problema li qed twassal għall-faqar. Jekk mhux se jkun hemm soluzzjoni mmedjata, iż-żgħażagħ se jkollhom diffikultajiet. Il-pass li jmiss issa hu li ż-żgħażagħ lanqas ikunu jifilħu jikru; din tkun problem kbira fis-soċjetà.
Din is-sitwazzjoni qed twassal għal sfida kbira fuq l-infrastruttura fejn il-kostruzzjoni qed toħloq problema akbira fil-komunitajiet. Jeħtieġ li jkun hawn livelli ogħla dwar il-mod kif issir il-kostruzzjoni.
//= $special ?>