Lokali

Id-DJ Martin Garrix u l-kantanta Rita Ora f’Malta għal kunċert ġdid

Id-DJ Martin Garrix, li mhux wiċċ ġdid għal pajjiżna, u l-kantanta internazzjonali Rita Ora, se jkunu f’pajjiżna f’Awwissu li ġej għal kunċert ġdid bl-isem ta’ Summer Daze Malta.

Rita Ora b’hekk se tkun qed tirritorna f’pajjiżna wara li kienet tat spettaklu waqt l-Isle of MTV tal-2013. Huma spiss jikkollaboraw flimkien b’diversi kanzunetti, fosthom l-iktar waħda riċenti, Flames of Love.

Se jattendu wkoll id-DJs Danny Howard, Roger Sanchez, Kirsten Knight kif ukoll Monki.

Summer Daze Malta se jsir fl-14 t’Awwissu fil-Family Park ta’ Ta’ Qali, u l-għada l-15 t’Awwissu f’Cafè del Mar f’Buġibba. Il-kunċerti huma b’xejn u mistennija udjenza ta’ madwar 15,000 persuna.