Il-Burdnara Sectional Committee fi ħdan il-GRTU esprimiet it-tħassib tagħha minħabba d-dewmien żejjed u l-mod li qegħdin jiġu trattati burdnara li joperaw mill-Port Ħieles.
Dan id-dewmien b’mod partikolari, qiegħed jinħass nhar ta’ Tnejn fejn jidħlu ammont kbir ta’
trailers.
Il-GRTU fi stqarrija rrimarkat li kienet ressqet suġġerimenti minħabba n-numru kbir ta’ trailers li
kull ma jmur qegħdin jidħlu fil-Port Ħieles. Fid-dawl ta’ dan, bl-istess mod għandhom jiżdiedu r-riżorsi u l-investimenti tal-Malta Freeport Corporation biex il-ħruġ jkun faċilitat.
Il-GRTU ilha żmien twil tisħaq biex tiġi miftuħa gate oħra eżistenti u jiżdied l-istaff biex b’hekk jitħaffef l-proċess u jittaffa d-dewmien esaġerat li jiffaċċjaw ma’ wiċċhom il-membri tal-GRTU ta’ kuljum.
Din il-gate għandha tintuża għal ħruġ ta’ Roro trailers u xogħol ieħor konvenzjonali bħal żrar u
ħadid li żdied fil-Port Ħieles. Il-gate prinċipali u eżistenti għandha tibqa’ tintuża biss għal ħruġ
ta’ containers.
Il-GRTU innotat li l-procedura li bdiet titħaddem fl-aħħar xhur fuq li scanning tal-containers qed
toħloq dewmien żejjed u spejjeż żejda għan-negozju tal-burdnara. Il-GRTU tinsisti, li l-containers
li dwarhom tkun meħtiega scan, mal-wasla tagħhom f’Malta, għandhom jintbagħtu għal dan lscan,
immedjatament meta l-container jinħatt minn fuq il-vapur fi triqtu lejn il-post fejn se
jinħazen ġewwa l-Port Ħieles. Dan anke fid-dawl li l-Port Ħieles jieħu ħlas ta’ €194.97 fuq
containers tal-għoxrin u €306.38 fuq containers tal-erbgħin pied.
Għaldaqstant, l-iscan hija parti mir-responsabilità tal-Port Ħieles u mhux tal-burdnara. B’riżultat ta’ dan il-GRTU tinsisti li għandu jkun hemm iktar effiċjenza f’dan l-proċess.
Fuq il-banda l-oħra, l-GRTU ila żmien twil tisħaq li għandhom isiru iktar sforzi biex titwaqqaf il-kompetizzjoni nġusta specjalment fuq xogħol li għandha titħallas SISA fuqu u li jiġi fi ‘groupage
trailers’. Dan wara li gie innottat li l-groupage trailers mhux kollha qed jitilgħu Hal Far Groupage
Complex meta jigu mil-Portijiet Maltin, imma xi wħud qed jittieħdu direttament f’bondijiet
privati. Tista’ d-Dwana tikkonferma li xogħol li ġej bil-baħar u fi ‘goupage trailers’ qiegħed jiġi
sottopost għall-istess livell ta’ skrutinju bħal ma jiġi sottopost xogħol li jgħaddi mill-Hal Far
Groupage Complex?
Dan għaliex merkanzija ohra li tgħaddi minn Hal Far Groupage Complex, fejn il-Membri ta dwana huma preżenti, tiġi ċċekjata u jsiru l-kontrolli kollha biex jiġi aċċertat li il-merkanzija tiġi ddikjarata, tkun konformi mall-liġi u kull ħlas neċessarju ikun sar. B’riżultat ta’ dan, tista’ id-Dwana tikkonferma kif qed isiru kontrolli fuq trailers li jintħattu f bonds privati bl-istess mod li qegħdin isiru fil-Ħal-Far groupage Complex?
F’dan ir-rigward il-GRTU issostni li biex titwaqqaf il-kompetizzjoni nġusta anka fuq l’ importuri li l-merkanzija tagħhom tiġi iċċekjata u proċessata kif tgħid il ligi, l- Groupage trailers li jġorru merkanzija u li jkunu suġett għal SISA, għandhom jintbagħtu fil Hal-Far Groupage Complex.
Il-GRTU tinnota li diġa’ attendiet għal diversi laqgħat mal-Awtoritajiet kollha responsabbli
fosthom id-Dwana u l-Port Ħieles iżda ma kien hemm l-ebda żviluppi fuq dawn l-proċeduri
nkwetanti għal burdnara u għall-operat ġust tal-verifiki marbuta mal-merkanzija. Il-GRTU tinsisti
li dawn it-talbiet u mistoqsijiet għandhom jiġu ndirizzati mingħajr dewmien.
Il-GRTU se tkun qed tistenna li l-Gvern jikkomunika mal-GRTU f’perjodu ta’ 10 t’ijiem biex jiġu ndirizzati b’mod effettiv dawn lmaterji.
Fin-nuqqas ta’ qbil jew azzjoni effettiva, il-GRTU se tkun qed tieħu l-azzjonijiet kollha
meħtiega.