– Toni Bezzina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal li l-Gvern qed jagħmilha impossibbli għas-Sovrintendenza li topera fejn ir-Rapport Annwali hu karba lill-gvern biex din tingħata l-għajnuna neċessarja.
Fid-dibattitu parlamentari dar Heritage Malta, Toni Bezzina qal li tul l-2016 u l-2017 ma kinx aġġornat l-inventarju minħabba l-ammont sostanzjali ta’ 9000 applikazzjoni li kellha tanalizza. Dan irid isir bid-19-il ħaddiema li hemm u li issa se jiżdiedu b’10 aħddiema fis-sena; dan mhux biżżejjed biex is-Sovrintendenza toepra kif inhu meħtieġ bil-liġi.
Qed jirriżulta li kważi r-riżorsi kollha qed imorru bħala konsulent għall-Awtorità tal-Ippjanar. Jeħtieġ issir analiżi dettaljat dwar l-operat tas-Sovrintendenza fejn il-ħaddiema jingħataw rikonoxximent adegwat għal xogħlhom.
Dwar il-monitors indipendenti, Toni Bezzina qal li fl-2017 kien hemm madwar 417-il sit li kellhom jiġu analizzati minn 14-il monitor full-time u 10 part-time.