Lokali Parlament

Il-Ministru Carmelo Abela sieket quddiem ir-rapporti li ħaddiema tal-Gvern għamlu xogħol fid-dar tiegħu

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela rrifjuta li jagħmel stqarrija ministerjali dwar ir-rapporti li ħaddiema tal-Gvern għamlu xogħlijiet f’veranda fid-dar privata tiegħu.

Kien il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li fil-parlament staqsa jekk il-Ministru Carmelo Abela – li kien preżenti fil-parlament – hux se jagħmel stqarrija ministerjali dwar ir-rapporti li ħaddiema tal-gvern għamlu xogħol fir-residenza privata tal-istess Ministru Carmelo Abela.

L-Ispeaker qal li s-Sedja ma tistax tordna lil xi ministru jagħmel stqarrija ministerjali.

Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qal li l-Ministru Carmleo Abela qiegħed fil-Kamra u għandu jiddikjara jekk hux se jagħmel stqarrija ministrejali.

Il-Ministru Carmelo Abela m’għamel l-ebda stqarrija.