Sewwieq ta’ mutur weġġa’ f’inċident li seħħ ftit tal-ħin ilu fi Triq it-Torri Tas-Sliema.
Net News hu nfurmat li fil-post issejħet ambulanza b’tim ta’ paramediċi li taw l-ewwel għajnuna.
It-triq tinsab magħluqa, b’konsegwenza li inġabar ammont kbir ta’ traffiku fiz-zona.
Jidher li s-sewwieq fortunatament ġarrab biss ġrieħi ħfief.
(Ritratt: Facebook)
//= $special ?>