Lokali Parlament

Ix-xogħol għas-Sovritendenza żdied bi tmien darbiet iżda r-riżorsi naqsu fuq li naqsu


– Ryan Callus, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ran Callus qal li filwaqt li x-xogħol għas-Sovritendenza tal-Wirt Kulturali żdied bi tmiend arbeit flaħaħr snin iżda r-riżorsi umani tal-entità naqsu fuq li naqsu.

Fid-dibattitu parlamentari dwar Heritage Malta r-responsabbiltà tas-Sovritendenza hi li żżomm aġġornat inventarju tal-propjetà. Ir-Rpport Annwali jsemmi l-inabbiltà tal-Aġenzija li żżomm dan l-inventarju aġġornat minħabba d-dmirijiet eżorbitanti li żdidulha bid-dħul fis-seħħ tal-Att tal-Ippjanar tal-2016

Dwar l-assessjar ta’ applikazzjonijiet tal-ippjanar, Ryan Callus qal li fejn qabel kienet l-Awtorità tal-Ippjanar – li għandha bil-bosta iktar riżorsi mis-Sovrintendenza – li tindika liema applikazzjonijiet tal-ippjanar jeħtieġ il-parir tas-Sovrintendenza, il-liġi l-ġdida tal-ippjanar għabbiet lis-Sovrintendenza b’workload ħafna ikbar minn qabel għaliex issa għandha l-obbligu li tara hi kull applikzzjoni biex tikkonferma jew jekk hemmx element ta’ impatt fuq wirt kulturali.

Ir-rapport jgħid li 95% tax-xogħol li qed twettaq is-Sovrintendenza huwa l-assessjar tal-applikazzjonijiet tal-iżvilupp; li jfisser 5% biss tax-xogħol huwa dedikat biss għal responsabbiltajiet oħrajn bħalma huma r-riċerka, l-inventarju, ir-regolazzjoni tal-moviment ta’ bċejjeċ ta’ valur kulturali minn u lejn pajjiżna u żvilupp tal-policies fil-qasam. B’hekk jekk il-Liġi tal-Ippjanar se tibqa’ kif inhi, is-Sovrintendenza se tkompli tegħreq fix-xogħol relatat mal-assessjar ta’ applikazzjonijiet ta’ żvilupp u tabdika minn responsabbiltajiet oħrajn.

Ryan Callus kompla li l-bidla fil-liġi fissret li fejn qabel is-Sovrintendenza kienet tassessja madwar 1,000 applikazzjoni fl-2015, dawn telgħu ghal 5,500 fl-2016 u 8,700 fl-2017. Dan ifisser li fuq firxa ta sentejn, Sovrintendenza żdidilha xogħol bi 8 darbiet

Is-Sovrintendenza m’għandhiex għazla għaliex hemm id-deadlines statutorji li jekk ma tweġibx fi 30 ġurnata jew 15 ġurnata minn ittra mill-PA, ikun ifisser li s-Sovrintendenza m’għandhiex oġġezzjoni għaliex no reply tittieħed bħala tali. Filwaqt li dan hu tajjeb għall-applikant għax il-proċess jibqa’ għaddej, mhux tajjeb għall-wirt storiku għaliex jista’ jwassal biex jintilef il-wirt għax is-Sovrintendza ma tlaħħaqx tistudja l-każ u tipproteġi fejn meħtieġ.

Dan huwa inkwetanti għal bosta raġunijiet; kemm-il darba jkun hemm ilmenti mill-applikant li qed ikun hemm dewmien biex is-Sovrintendenza twieġeb. Filwaqt li l-applikanti huma mifhuma, bl-istess mod irid ikun ikkunsidrat li hemm hħddiema nieqsa fis-Sovrintendenza. Jirriżulta li whud telqu għaliex ma felħux iktar is-sitwazzjoni diffiċli u fil-proċess kompla jintilef l-għerf u l-kapaċità ta’ ħaddiema li kienu ilhom jaħdmu mas-Sovrintendenza snin.

Ryan Callus kompla li hu ħażin li s-Sovrintendenza jkollha reputazzjoni ħażina ta’ dewmien mall-pubbliku, għaliex tiżdied it-tentazzjoni li l-applikant jibqa’ għaddej bl-iżvilupp mingħajr ma jkun ingħata approvazzjoni ghax-xogħlijiet jew saħansitra jgħatti biex jevita dan id-dewmien. Dan iwassal għal telf tal-wirt kulturali li kull min hu Malti hu determinat li jipproteġi.

Żgur għalhekk li mhux tort tal-ħaddiema tas-Sovrintendenza, li jagħmlu minn kollox biex ikunu ta’ servizz effiċjenti iżda hu evidenti li bil-provvedimenti tal-Liġi tal-Ippjanar tal-2016, hemm nuqqas ta’ ħaddiema biex jagħmel tajjeb għaż-żieda fix-xogħol, sostna Ryan Callus.

Dwar is-sorvelja, Ryan Callus qal li hemm it-tieni fażi marbuta mal-proċess tal-iżvilupp; is-sorvelja tax-xogħol wara li jkun inħareġ il-permess. Huwa tajjeb li l-iżviluppatur m’għandux bilfors jingaġġa l-monitors tas-Sovrintendenza, iżda jista’ jagħżel minn lista ta’ monitors esterni li jkollhom jsegwu termini ta’ riferneza tas-Sovrintendenza. Jirriżula wkoll nuqqas ta’ monitors arkeoloġiċi disponibbli fil-mument.

Il-ftehim kollettiv ilu skadut mit-2010 iżda l Ministru qal li sar jaf dan l-aħħar li skada meta ilu ministru responsabbli għas-settur numru ta’ snin

Ryan Callus tkellem ukoll dwar ir-ratifikar ta’ konvenzjonijiet internazzjonali u qal li mhux ta’ min jiftaħar bil-fatt li pajjiżna għadu ma rratifikax 10 konvenzjonijiet internazzjonali; 3 tal-Kunsill tal-Ewropa, 6 tal-UNESCO u waħda tal-UNIDROIT. Dan ma jirriflettix tajjeb fuq pajjiżna u żgur fuq il-Gvern. Għandna nkunu fuq ta’ quddiem biex nkunu daħħalna fis-seħħ konvenzjonijiet internazzjonali li l-għan tagħhom hu li jipproteġu l-wirt kulturali Malti u mondjali

Id-deputat Nazzjonalista qal li Heritage Malta saret kazin politiku u qed tkompli tiżdied issa biċ-Chairman politiku Anton Refalo. Fiha saru transfers vendikattivi bl-iskuża tal-eżiġenzi tas-servizz li ma jitmennux għaliex dawn kienu ħaddiema bi snin ta’ esperjenza fis-settur. Dwar l-irwol il-ġdid li twaqqaf apposta ghal Mario Cutajar bħala Direttur Eżekuttiv, Ryan Callus qal li ħadd ma jaf x’jagħmel u bħallikieku il-kariga ta’ Kap tac-Ċivil ma kinetx biżżejjed għalih.