– Claudette Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg appellat biex il-kultura tingħata l-importanza li jistħoqqilha billi jkun hemm ir-rispett lejn l-istorja, il-konservazzjoni neċessarja tal-patrimonju u l-wirt storiku appellat biex jinħatar Ministru għall-Kultura.
Fid-dibattitu dwar Heritage Malta Claudette Buttigieg qalet li n-nuqqas ta viżibiltà tas-Sovrintendenza ġej mill-fatt li din intefgħet ma’ Heritage Malta. Hi sosntiet li s-Sovrintendenza qiegħda biex tipproteġi l-wirt storiku iżda m’għandhix ir-riżorsi finanzjarji u umani biex topera. Dan għax għall-Gvern, l-iżvilupp qed jiħu priorità assoluta. Għalhekk hu konvenjenti għall-gvern biex kollox ikun jista’ jsir.
Il-pajjiż għandu jkollu Ministru għall-Kultura għaliex lill-ġenerazzjonijiet futuri mhu se nħallulhom xejn aktrr u aktar meta issa iċ-ċentri tal-irħula qed jitwaqqgħu u jintilfu. Jeħtieġ ikun hemm bidla fil-mentalità dwar il-kultura Maltija, sostniet Claudette Buttigieg, li kompliet li Malta sejra f’din id-direzzjoni.
L-istudju tal-istorja hu avventura li tiskopri f’pajjiżi barranin iżda l-istudenti Maltin illum ftit jinteresshom mill-istorja. L-iskemi li jintroduċi l-gvern dwar il-konservazzjoni ta’ porpjetà ta’ valur iridu jkunu b’saħħithom biżżejjed biex dawn id-djar ikunu konservati.
Hi staqsiet kemm ilu ma jiltaqa l-kumitat tal-garanzija, jekk hemmx policy dwar il-kultura u x’ġara mill-Heritage Advisory Committee.
//= $special ?>