– David Stellini, PN
Filwaqt li tkellem dwar l-ekonomija f’Gawdex, id-deputat Nazzjonalista David Stellini qal li jeħtieġ pjan fit-tul dwar il-ħaddiema barranin li qed jaħdmu f’Malta u Għawdex u l-effetti li dawn qed ikollom fuq diversi setturi tal-pajjiż.
Meta kien qed jitkellem fid-dibattitu parlamentari dwar il-Jobsplus, David Stellini qal li qabel l-aħħar elezzjoni iddaħħlu bejn 800 u 1,000 persuna f’xogħlijiet f’Għawdex u sostna li hu tajjeb li dawn inżammu iżda li hu ħażin hu li dawn iddaħħlu f’erba ġimgħat; propju fl-erba’ ġimgħat ta’ qabel l-aħħar elezzjoni.
Hu qal li jekk ma jinstabux ħaddiema Għawdxin, allura jridu jinġiebu ħaddiema barranin. Dan għandu jsir bi pjan fit-tul biex il-politika tax-xogħol tkun viċin n-nies u jkunu evitati l-effetti negattivi. Fil-każ ta’ Għawdex, l-effett negattiv kien li dawn l-1,000 impjieg f’salt ħolqu effetti negattiiv fuq il-komunità kummerċjali f’Għawdex.
Id-deputat Nazzjonalista appella biex Malta tifli l-effetti tal-immigrazzjoni f’pajjiżi barranin u tieħu t-tagħlimiet minnha. Il-Gvern qed jgħid li se jattira 40,000 ħaddiem barrani f’Malta u s’issa diġà hawn 40,000 ħaddiem barrani ieħor. Fil-pajjiż qed jidħlu madwar 10,000 ħadiem fis-sena.
Il-PN qed jistaqsi jekk il-gvern għandu pjna dwar x’xogħol se jagħmlu dawn il-ħaddiema barranin li jiġu Malta. Dawn il-ħaddiema qed jaċċettaw pagi inqas mill-Maltin. Dan se jġib pressjoni fuq il-pagi tal-ħaddiema Maltin. Għalhekk il-gvern għandu jispeċifika jekk għandux pjan dwar il-pagi tal-ħaddiema Maltin.
Il-pagi tal-Malitn żdiedu b’0.6% meta tkun kalkulata l-inflazzjoni. Din hi rata baxxa meta jkun kakulat it-tkabbir fl-ekonomija.
David Stellini semma’ l-mod kif il-kirjiet ta’ propjetà telgħu ħafna u qal li f’dan is-settur il-barranin għandhom vantaġġi fuq il-Maltin minħabba li l-kirjiet tal-appartamenti li huma jgħixu fihom jinqasmu bejn numru ikbar ta’ barranin. Hu staqsa jekk il-gvern għandux pjan fit-tul dwar il-futur tas-servizzi tas-saħħa, fuq is-sigurtà fil-pajjiż u fl-edukazzjoni. Hu appella lill-Gvern biex idaħħal skemi biex l-Għawdxin ikunu jistgħu jaħdmu f’Għawdex.
//= $special ?>