Id-disinjatriċi tal-moda, Kate Spade, ftit tal-ħin ilu, instabet mejta fl-appartament tagħha fi New York, bil-pulizija qed tinvestiga l-każ bħala suwiċidju.
Il-katavru ta’ Spade, li kellha 55 sena, instabet mis-seftura tagħha, bid-Dipartiment tal-Pulizija ta’ New York jibda l-investigazzjonijiet minnufih. Intant, ma dehru l-ebda traċċi ta’ vjolenza fl-appartament ta’ Spade, fiz-zona ta’ Park Avenue.
Kate Spade kienet famuża ħafna bħala disinjatriċi ta’ ħwejjeġ, żraben u ġojjellerija — iżda tibqa’ speċjalment rinomata għall-aċċessorji tal-moda.
Hi kienet ukoll il-ko-fundatur tal-Kate Spade Handbags, flimkien ma’ zewġha, Andy Spade. Din il-kumpannija fetħet l-ewwel ħanut fi New York, fl-1996, u issa għandha aktar minn 300 stabbiliment madwar id-dinja.
//= $special ?>

