L-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali fi stqarrija għamlet referenza għall-inċident li seħħ nhar il-Erbgha 30 ta’ Mejju 2018, fejn il-Kunsillier tal-PN fil-Gzira Jeremy Cardona, allegatament safa fil-mira ta’ kuntrattur privat minħabba attivitajiet marbuta ma’ xogħolu.
L-Assoċjazzjoni ikkundannat kull aġir simili fuq kull uffiċċjal pubbliku, partikolarment Sindki, Vici Sindki u Kunsilliera, li jagħtu ħafna minn ħinhom b’ mod volontarju, għall-lokalitajiet rispettivi tagħhom.
L-Assocjazzjoni Kunsilli Lokali fakkret ukoll illi dawn qegħdin jirrapreżentaw lill-pubbliku u għaldaqstant għżandhom jingħataw l-akbar ġieħ u rispett għas-sagrifiċċji li jagħmlu.
“Azzjonaijiet bħal dawn iwasslu biss sabiex jisskoraġġixu membri oħra tal-pubbliku milli huma wkoll jagħtu s-sehem tagħhom fil-lokal u għaldaqstant, tħeġġeġ sabiex l-Awtoritajiet jaraw li persuni li jwettqu theddid jew reati simili, jiġu mwissija severament u ssir ġustizja”.
//= $special ?>