L-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali fi stqarrija kkundannat kull agressjoni fil-konfront ta’ Sindki, Viċi Sindki u Kunsilliera.
Din l-istqarrija ħarġet fid-dawl tal-inċident li seħħ nhar il-Erbgha 30 ta’ Mejju fejn il-Kunsillier tal-Gżira, f’ isem il-Partit Nazzjonalista, Jeremy Cardona, allegatament safa fil-mira ta’ kuntrattur privat minħabba attivitajiet marbuta ma’ xogħlu.
L-Assoċjazzjoni kkundannat kull aġir simili fuq kull uffiċjal pubbliku, li fakkret li jagħtu ħafna minn ħinhom b’mod volontarju, għall-lokalitajiet rispettivi tagħhom.
L-Assocjazzjoni Kunsilli Lokali fakkret ukoll li dawn qegħdin jirrapreżentaw lill-pubbliku u għaldaqstant għandhom jingħataw l-akbar ġieħ u rispett għas-sagrifiċċji li jagħmlu.
Ittenni li azzjonaijiet bħal dawn iwasslu biss sabiex jisskoraġġixu membri oħra tal-pubbliku milli huma wkoll jagħtu s-sehem tagħhom fil-lokal u għaldaqstant, tħeġġeġ sabiex l-Awtoritajiet jaraw li persuni li jwettqu theddid jew reati simili, jiġu mwissija severament u ssir ġustizja.
Sadattant, kawża ta’ dan l-inċident, il-Kunsill Lokali tal-Gżira għalaq il-bibien tiegħu sat-Tlieta, filgħaxija, fejn saret dimostrazzjoni pubblika mir-residenti.
//= $special ?>
