Lokali Mużika

L-avventura ta’ Emma tkompli…għada tiltaqa’ mal-fans f’Padova

Il-manager tagħha stqarr ma' NET LIVE li fadlilha ftit ġranet oħra biex tirritorna Malta

L-avventura tal-kantanta Emma Muscat fl-Italja qed tkompli f’dawn il-ġranet hekk kif għada hi mistennija tiltaqa’ mal-fans f’Padova. L-avveniment hu appoġjat minn kumpanija privata tat-telefonija.

Mhux magħruf jekk Biondo hux se jkun magħha f’Padova.

Bħalissa ma’ Emma fl-Italja hemm ukoll missierha.

Il-Maltija ġiet eliminata minn Amici nhar il-Ħadd li għadda, b’sorpriża għal bosta.

Intant, il-manager tagħha Keith ‘Kiko’ Muscat stqarr ma’ NET LIVE li fadlilha ftit ġranet oħra biex tirritorna Malta.