Ħidma ta’ diversi jiem mill-Pulizija wasslet biex Olandiż ta’ 54 sena kien arrestat f’Buġibba wara li nstab li kellu fil-pussess tiegħu madwar 1.5kg sustanza bajda, suspettata droga kokaina.
Barra minhekk, tfittxijiet oħrajn fir-residenza tiegħu f’Buġibba stess wasslu għas-sejba ta’ oġġetti relatati mad-droga, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti.
Ir-raġel qed jinżamm arrestat biex jgħin fl-investigazzjonijiet u mistenni jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin. Dan wara li bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-għassa Natasha Galea Sciberras, li ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-Inkjesta.
Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>