Sport Sport Ieħor

Organizzat it-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tad-Drag Racing

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, l-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drag Racing organizzat it-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali fit-trakka ta’ Ħal Far.

Neil Gauci rebaħ il-klassi Handicap One filwaqt li Rodney Farrugia rebaħ il-klassi Handicap Two. Valter Mallo ħareġ rebbieħ tal-klassi tal-muturi SS1 kif ukoll l-Open Class, b’Chris Vella jirbaħ il-klassi Index 8.5.

Patrick Xerri rebaħ l-Open Class 2 u l-Open Class 3, filwaqt li Irving Schembri rebaħ il-Front Wheel Drive Open Class. Dragster Class 4 intrebħet minn Terrence Ridley filwaqt li Patrick Cassar ħareġ rebbieħ fil-klassi Dragster 5. Matthew Carabott rebaħ id-Dragster Top Alcohol u l-Junior Dragster intrebħet minn Luca Mangion. Melvin Vella rebaħ il-klassi Front Wheel Drive Outlaw.

Rosello Cassar u Paul Fenech rebħu l-klassi Escort 2 u Escort 3 rispettivament. Martin Scerri kellu l-aqwa reazzjoni fuq id-dawl matul ir-rawnd.

L-aktar tiġrija li spikkat kienet il-ġirja bejn iż-żewġ dragsters ta’ Mr. Whippy, wieħed misjuq mill-veteran Monty Bugeja u l-ieħor minn Matthew Carabott.

L-avveniment li jmiss fit-trakka ta’ Ħal Far se jsir fis-6 ta’ Lulju filgħaxija għall-karozzi tat-triq. It-tielet rawnd tal-kampjonat tad-drag racing isir bejn id-19 u l-21 ta’ Lulju. Matul is-sajf, it-trakka se tkun tinsab miftuħa għad-dilettanti kull nhar ta’ Ħamis filgħaxija.

L-attenzjoni fi tmiem il-ġimgħa ddur f’Tierp Arena fl-Iżvezja. Iċ-champion renjanti Ewropew Duncan Micallef se jkun qed jikkompeti fit-tieni rawnd tal-Kampjonat Ewropew tad-Drag Racing. L-Island Car Club se jsir it-tielet rawnd tal-Kampjonat tal-Hillclimb fl-Imtaħleb.

Rebbieħa oħra

13.00 – 13.49 sekonda  Mario Scerri

12.50 – 12.99 sekonda  Nicolai Grech

11.00 – 11.49 sekonda  Manwel Galea

10.50 – 10.99 sekondi   Glenn Caruana

10.00 – 10.49 sekondi   Felix Schembri

9.50 – 9.99 sekondi       Irving Schembri