Lokali Parlament

Il-Gvern Laburista impjega 129 persuni fi tliet ġimgħat qabel l-aħħar elezzjoni fil-Wasteserv

Id-deputat Laburista Robert Abela jikkritika ħlas ta’ €200 fix-xahar għall-Assistenti Parlamentari meta hu sar sinjur b’kuntratti pubbliċi taħt Gvern Laburista

Fil-ġimgħat ta’ qabel l-elezzjoni li għaddiet fil-Wasterv kienu impjgetai 129 persuna; li jfisser li fi żmien Gvern Laburista l-aħddiema żdiedu bi 13% waqt li fi żmien Gvern Nazzjonalista dawn naqsu b’5%.

F’xhieda fil-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC), id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li d-deputat Laburista Roberta Abela qed jikkritika ħlas ta’ €200 fix-xahar li hu kien jieħu bħala Assistent Parlamentari fi żmien il-Gvern Nazzjonalista meta hu (Robert Abela) sar sinjur minn kuntratti pubbliċi ta’ mijiet ta’ eluf fl-aħħar snin.

Il-PAC qed jistħarreġ impjiegi li saru fil-Wasterv qabel l-aħħar elezzjoni.

Beppe Fenech Adami xehed li bejn l-2008 u l-2013 kien deputat Nazzjonalista fejn lejn l-aħħar tal-leġiżlatura hu kien Assistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali.

Id-deputat Laburista Robert Abela irrifera lil Beppe Fenech Adami għal email mibgħuta fl-10 ta’ Diċembru 2010 lil Ray Bezzina dwar rakkomandazzjonijiet ta’ persuna waħda għal impjieg fil-Wasteserv; liema persuna la qatt kienet ikkuntattjata u lanqas kienet impjegata fil-Wasteserv. Hu qal li din hi email fl-2010, tliet snin ‘il bogħod mill-elezzjoni ġenerali.

Irriżulta li fis-sena tal-elezzjoni ġenerali taħt il-PN naqsu l-ħaddiema fil-Wasteserv u mhux żdiedu waqt li Gvern Laburista impjega 129 persuna fi tliet ġimgħat qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet.

Beppe Fenech Adami qal li fil-pajjiż hawn etika li f’kampanji elettorali jieqfu l-impiegi fis-settur pubbliku u sfida lid-deputati Laburisti fil-Kumitat biex jekk hemm xi emails dwar allegati impjegati allura jistgħu jġibuhom.

Id-deputat Nazzjonalista kien mistoqsi dwar il-ħlas li kien jirċievi bħala Assistenti Parlamentari u qal li kien jitħallas €200 fix-xahar. Hu qal li d-deputat Laburista Robert Abela qed jistaqsi dwar dan il-ħlas ta’ €200 fix-xahar meta hu fi żmien Gvern Laburista qed jieħu mijiet ta’ eluf ta’ ewros minn fondi pubbliċi u sar sinjur.

Id-deputat Nazzjonalista qal li hu qatt ma kellu l-poter li jimpjega lin-nies mal-gvern għalkemm jgħin lil min ikelmu. Dan jirriżulta ċar mill-emails dwr il-persuna. Jirriżulta mix-xhieda tas-CEO tal-Wasteserv fil-PAC, li (taħt Gvern Laburista) kellu ordni mill-Ministru Josè Herrera biex jimpjega n-nies, sostna Beppe Fenech Adami, li kompla li hu oxxen li fil-ġimgħat qabel l-elezzjoni l-Gvern Laburista impjega 129 persuna fil-Wasteserv. Fl-aħħar sena ta’ Gvern Nazzjonalista, kien hemm 5% tan-nies inqas nies jaħdmu fil-Wasteserv waqt li qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, bejn l-2016 u l-2017, fil-Wasteserv l-ammont ta’ ħaddiema żdied bi 13%.

Id-deputat Laburista Robert Abela qal li l-Gvern lesta mix-xhieda tiegħu fil-każ tal-Wasteserv u issa l-membri tal-Gvern iridu jiddeċiedu liema każ se jressqu għall-investigazzjoni.

Quddiem il-Kumitat deher l-Awditur Ġenerali Charles Deguara fejn id-deputat Laburista Robert Abela staqsih dwar l-investigazzjoni fuq il-bini tal-Isptat Mater Dei fejn ir-rapport hu inkonklussiv. Hu staqsa lill-Awditur Ġenerali kif dan se jkun konkluż.

L-Awditur Ġenerali qal li fil-fatt ir-rapport fih konklużjoni u l-Uffiċċju fittex l-evidenza fosthom l-FMS iżda ma nstab xejn. Mhux magħruf fejn spiċċat din l-evidenza. Hu qal li l-Uffiċċju mar għand sitt entitajiet fl-investigazzjoni iżda ma instab xejn; jekk din issa tinstab l-Uffiċċju lest jerġa’ jibda jinvestiga. L-Awditur Ġenerali xehed li mhux f’pożizzjoni li jgħid meta naqset din l-informazzjoni.