Lokali Parlament

Is-Sovrintendenza għandu jkollha iktar saħħa fid-deċiżjonijiet dwar il-patrimonju


– Marthese Portelli, PN

Id-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli sostniet li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għandu jkollha pjattaforma u iktar saħħa fit-teħid tad-deċiżjonijiet li jeffettwaw il-wirt stroiku tal-pajjiż.

Fid-dibattitu parlamentari dwar Heritage Malta, Marthese Portelli qalet li s-Sovritendenza qalet li din hi waħda mill-enitajiet li qed tiddermina l-Malta ta’ għada. Hi sostniet li bil-liġi l-ġdida kull applikazjzoni għal permess lill-Awtorità tal-Ippjanar, is-Sovrtitendenza għandha l-obbligu tagħti l-opinjoni tagħha. Dan qed iġib piżijiet kbar ta’ xogħol fuq is-Sovrintendenza.

Is-Sovritendenza għandu jkollha tisħiħ fir-riżorsi b’nies ta’ kwalfiċi u speċjalizzati. Dwar ir-rwol tas-Sovritendenza fl-ippjanar, Marthese Portelli qalet li ls-Sovritendenza għandu jkollha l-istess pjattaforma bħall-ERA għax is-Sovritendenza kienet relagata.

Hi tkellmet dwar l-iskedar tal-propjetà, Marthese Portelli qalet li dan il-proċess tieħu s-snin u appellat biex kull applikazzjoni għandha tkun trattata l-istess. Għandu jiddaħħal perjodu realistiku għal dawn l-applikazzjonijiet biex ikunu determinati. Għandu jsir inventarju pubbliku dwar il-propjetà li hi skedata u anki dik li jimemritaha li tkun skedata. Dan għandu jkun taħt ir-responabbiltà tas-Sovrintendenza.