Lokali Parlament

Is-Sovritendenza tal-Wirt Kulturali iddgħajjfet…jeħtieġ struttura effettiva

– Therese Comodini Cachia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qalet li minħabba li l-Gvern ma pprovdilhix ir-riżorsi meħtieġa, is-Sovritendenza tal-Wirt Kulturali iddgħajjfet fl-aħħar snin b’effett negattiv fuq il-wirt storirku.

Fid-dibattitu parlamentari dwar Heritage Malta, id-deputat Nazzjonalista qalet lil-wirt kulturali ma jfissirx l-oġġett iżda wirt kontinwu, bit-tgawdija tal-kultura. Hi qalet li l-wirt kulturali jinkludi wkoll il-wirt li qed toħloq din il-ġenerazzjoni; nispera li ma jkunx konkos li kisser il-fdalijiet ta’ missirijietna. Is-Sovritendenza għandha responsabbiltà kbira u unika.

Jeħtieġ struttura dwar il-wirt kultura; struttura fuq l-istess livelli tal-ERA bil-poteri, riżorsi u taħdem b’esprejenza u riżorsi qawwija. Dan il-Gvern ġab lis-Sovrintendenza fejn am tistax tagħmel xogħol minkejja li l-Uffiċċju fih nies b’esperjenza kbria.

Il-gvern dgħajjef lis-Sovritendenza billi għabbiha bix-xogħol iżda ma athix riżorsi. Bħalissa għall-Gvern, il-wirt kulturali m’għadux prijorità. Il-Gvern għandu jibgħat messaġġ qawwi billi jsaħħaħ lis-Sovrintendenza fejn din ttingħata r-riżoris kollha li jixtiġilha. Jekk il-gvern se jibqa’ jonqos minn dan l-investiment, il-Gvern ikun qed juri biċ-ċar li l-analiżi tas-Sovritendenza fl-applikazzjoni jkun biss proċess fażull. Jeħtieġ ikun assigurat li l-pajjiż ma jitlifx il-wrt nazzjonali.

Id-deputat Nazzjonalista semmiet diversi proposti li għandhom jidħlu iżda bi prijorita li r-riżorsi jkunu msaħħa minħabba li s-Sovratidnenza ma tista tlaħħaq b’10 persuni. Jekk dan ma jsirx allura għandu jittawwal iż-żmien għal proġetti fit-tul. Hi pproponiet ukoll bidla fil-mod kif isir skedar u de-scheduling tal-propjetajiet. Dan għandu jkun proċess effettiv u effiċjenti miftuħ għall-pubbliku.

Dwar id-dikjarazzjoni Wirtna Our Legacy, id-deputat Nazzjonalista qalet li l-kumemeċjaliżmu popolari tal-gvern qed jingħata priorità fuq il-wirt storiku. L-irħula Maltin qed jinbidlu b’effetti fuq il-komunitajiet u r-esidenzi. L-ambjent tat-toroq m’għandux ikun injorat għalkemm ħadd ma jista’ jżomm l-iżvulupp; iżda dan għandu jkun ippjanat li fih ikunu ikkunsidrat wkoll l-aspetti kulturali. Jeħtieġ li ssir ħidma mal-persunu professjonisti kollha involuti fis-settur.

Hi semmiet il-petizzjoni minn artisti fil-qasam tal-kultura biex waqt il-kumplament ta’ Valletta 18 jkun hemm min verament jirrappreżenta l-kultura Maltija. Din il-petizzjoni kienet fil-konfront tal-aġir xejn denju ta’ Jason Micallef bħala l-wiċċ ta’ Valletta 18. L-għażliet politiċi tal-Gvern u tal-Ministru Bonnici mhux jirrappreżentaw il-legal li Valletta 18 hi mistennija tħalli. Dan minbarra l-ilmenti tal-artisti li tħallew barra. Hi rriferiet għall-kummenti li għamel Jason Micallef dwar Daphne Caruana Galizia u dwar ġurnalisti investigattivi u qalet li ħadd m’għandu jibgħat messaġġ li l-kultura Maltija hi waħda insettivita għal dan il-qtil.

Id-deputat Nazzjonalista staqiet min qed imexxi Heritage Malta u appellat biex il-mużewijiet ikunu iktar interattivi biex il-parteċipazzjoni tal-viżitatur tkun imsaħħa. Hi staqsiet meta se jiftah il-MUZA minħabba li dan suppost li infetaħ.