Lokali

IT-TIMBRU TAL-FAQAR: Persuna rieqda fis-subway tal-Floriana

Tikber il-karba għall-akkomodazzjoni soċjali

Dalgħodu f’waħda mis-subways tal-Floriana spikkat din ix-xena ta’ raġel rieqed mal-art.

Ir-ritratt diġa’ ġibed numru ta’ kummenti fuq il-media soċjali, wara l-post li tpoġġa’ mill-kunsillier James Aaron Ellul.

“Il-problemi ta’ faqar fil-komunità saret waħda tanġibbli, inkluż fil-Floriana. Xeni li ilna ma naraw żmien mill-ġdid fil-prattika. Ħasra kbira”, qal Ellul fil-post tiegħu.

Il-kunsillier tal-PN appella biex issir ħidma flimkien ħalli l-politika tħares il-ġid komuni tassew.