Milan ħabbru li d-difensur Alessio Romagnoli ġedded il-kuntratt tiegħu mal-klabb u issa hu marbut mar-Rossoneri sal-2022.
Romagnoli kien ingħaqad ma’ Milan fis-sajf tal-2015 għas-somma ta’ 25 miljun ewro u minn dakinhar ‘l hawn jitqies bħala wieħed mill-aktar pedini importanti tat-tim.
Intant, Arsenal akkwistaw lil Stephan Lichtsteiner mingħand Juventus. Huma ma ħallsu xejn minħabba li Stephan Lichtsteiner kien għadu kemm skadielu l-kuntratt maċ-champions Taljani. Lichtsteiner hu l-ewwel akkwist tal-manager il-ġdid Unai Emery.
Lichtsteiner kien ilu sa mill-2008 jilgħab fl-Italja meta dakinhar kien ma’ Lazio qabel ma ffirma ma’ Juventus tliet snin wara.
//= $special ?>