Kurżitajiet Lokali

Trend ġdida fost l-adoloxxenti Maltin?

Il-videos huma veru sempliċi biex jinsterqu

Diversi żgħażagħ Maltin qed jibdew jużaw applikazzjoni bl-isem ‘LIKE’ illi fl-aħħar xhur saret kważi fissazzjoni fost it-tfal ta’ bejn it-13 u 17-il sena.

Dan li qed taraw hu biss wieħed mill-ħafna videos li qed jitpoġġew fuq l-internet permezz ta’ din l-app minn tfajliet Maltin.

L-app hi intiża biex wieħed jiżfen mal-mużika – f’xi każi anke żfin kompromettenti.

Minn aktar stħarriġ li għamel Net News jidher li ma hemmx minimu ta’ eta’ biex wieħed jirreġistra f’din l-app. Innutajna ukoll li l-videos huma verament sempliċi biex jitniżżlu mill-internet.